EMBED Awards Winners 2013

Smart New Teacher of the Year

Din il kategorija kienet sponsorjata mill-Institute of Computer Education u kienet miftuħa għal dawk l-għalliema li qegħdin fl-ewwel tlett snin tal-karriera tagħhom.

Rebbieha: Diane Jones

Diane Jones hija għalliema fiċ-ċentru ta’ Helen Keller il-Qrendi.  Diane ħadmet fuq proġett fejn permezz tat-teknoloġija l-istudenti jkollhom aċċess għal-links favoriti tagħhom fuq l-Internet.

 

Smart Learning Early Years

Kategorija miftuħa għall-edukaturi mill-KinderGarten sat-tielet sena.  Sponsorjata minn Educinvestment.

Rebbieha: Martina Pace

Martina Pace tgħallem fl-iskola Primarja ta’ Raħal Ġdid Kulleġġ San Ġorġ Preca.  Permezz ta’ dan il proġett l-istudent kellhom l-oppotunita’ jużaw it-teknoloġija biex jieħdu gost jitgħallmu dwar pajjiżi u kulturi differenti.

 

Smart Learning Primary

Din il-kategorija kienet miftuħa għall-għalliema tar 4, 5 u 6 sena.  Sponsorjata minn Educinvestment.

Rebbieha: Rebecca Tabone

Rebecca Tabone tgħallem fl-iskola Primarja ta’ l-Imqabba Kulleġġ San Benedittu u permezz ta’ dan il-proġett it tfal kellhom ċans jitgħallmu dwar il-biedja u l-użu ta’ l-art.

 

Smart Learning Secondary

Din il-kategorija kienet miftuħa għall-għalliema fl-iskejjel sekondarji.  Sponsorjata minn Audio Visual Centre.

Rebbieha: Diana Carabott

Diana Carabott tgħallem fl-iskola tas-subien Verdala Kulleġġ Santa Maregerita.  F’dan il-proġett l-istudenti ħadmu b’mod kollaborattiv biex ħolqu video ta’ żewġ minuti ibbażat fuq il ktieb ta’ Arthur Miller ‘A view from the bridge’.

 

Smart Learning Support

Kategorija miftuħa għall-edukaturi kollha li joffru support fl-iskejjel tagħna.  Sponsorjata minn Samsung.

Rebbieha: Elizabeth Jones

Elizabeth Jones hija waħda mill-għalliema li jagħtu support lill-istudenti fl-iskola Primarja ta’ Birżebbuġa Kulleġġ San Benedittu.  Dan il-proġett jiffoka fuq digital literacy fejn ix-xogħol kollu li sar huwa mibni fuq l-istorja tal-Graffalo miktuba minn Julia Donaldson.

 

Collaborative Award

Kategorija miftuħa għall-grupp ta’ għalliema li ħadmu flimkien biex jilħqu għan wieħed.  Sponsorjata minn Educinvestment.

Rebbieha: Marika Vella Montebello, Elaine Camilleri, Karl Grech u Francesco Debono

Dawn huma erba’ ghalliema fl-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żabbar Kulleġġ Santa Margerita.  Marika hija l-għalliema tal-klassi, Elaine hija LSA fl-istess klassi, Karl huwa peripatetic teacher ta’ l-Edukazzjoni Fiżika u Francesco huwa peripatetic teacher tax-xjenza fejn kollha f’daqqa  ħadmu b’mod kollaborattiv fuq il-proġett Little VIPs.

 

Leader of the Year

Kategorija miftuħa għall-Kapijiet ta’ l-iskejjel, assistenti kapijiet u Head of Departments.  Sponsorjata minn Smart Technology.

Rebbieha: Deo Grech

Deo Grech huwa kap ta’ l-iskola ta’ Ħal Għaxaq Kulleġġ San Benedittu.  Permezz ta’ dan il-proġett Deo rnexxielu jilħaq l-entitajiet kollha li jagħmlu parti mill-ħajja ta’ l-iskola u joffri opportunitajiet ta’ tagħlim għall-istudenti biex jippublikaw ix-xogħol tagħhom online.

 

Outstanding Educator Award

Kategorija miftuħa għall-edukaturi kollha li f’dawn l-aħħar sentejn rebħu award meta pparteċipaw bil-proġett tagħhom f’Embed.  Sponsorjata minn Samsung.

Rebbieha: Nathalie Scerri

Nathalie Scerri tgħallem fl-iskola tal-bniet l-Imrieħel Kulleġġ Santa Tereża.  Il-proġett innovattiv Health4Life għandu jservi bħala mudell ta’ kif għandha tintuża it-teknoloġija fit-tagħlim, fejn l-istudenti jkollhom l-opportunita’ joħorġu il-kreattivita’ tagħhom, jesprimu ruħhom u jiżviluppaw il-ħsieb tagħhom.